allikom!歌词由The Bride演唱,出自专辑《allikom》,下面是《allikom!》完整版歌词!
allikom!歌词完整版
Ħallikom mix-xemgħat fuq Facebook u talb,
Id tal-ġebel li trid b’rgħiba u bla qalb,
Lil Malta sallabtu ja qatta Farizej,
U wara ħsiltu jdejkom mid-demm qisu xejn
Fuq rasna qed troxxu il-bżar u l-irmied,
Imma min intradam mhux ħa jqum mill-imwiet,
Tistgħu tinfexxu fit-theżżiż tas-snien
Ibku għal uliedkom li qridtulhom l-ġejjien’
Komplu iftaħru u tellgħu il-fuq,
U jekk m’hawnx infern, għalikom ġie maħluq,
Min jaf Dun Karm x’jisthi minnkom, ‘a hniex,
Ħabbtu fuq sidirkom għax għandkom għalxiex!
Għal fidda bħal Ġuda bgħettu pajjiż,
Wara kulħadd huwa bravu w qaddis,
Dik il-wiżża tbid il-bajd tad-deheb,
Għamluha brodu ghax għalina se tħebb,
Il-bajd qed ifaqqas u minflok fellus
Ħareġ minnhom mostru: alla taghkom tal-flus
Inti li l-Malta stuprajt u niġġist
Qed tgħaffeġ fuq Malta qisek l-antikrist
Lanqas taf tistħi u tassew qas taf,
Malta maħtufa minn min tal-flus skjav,
Issa li wasal tassew tagħna t-tmiem,
Ma fadalx lok li tittama ghall-ġejjien
Gibtuna morda, pulmun iswed u fgat
Da ssejħu ġid? mhux wicckom infurrat!
Nibki u nistaqsi m’n uliedi x’se jsir?
Agħtini l-ġwienah, Mulej m’nhawn intir!
Gomorra ħloqtu fuq dil-ġenna fl-art
Il-klima tħawdet hix shana jew bard
Nitlob lil Alla gustizzja għall-fqir
Ghaliex tal-hajja nehhew kull pjacir
Ħares l-hawn isfel għal min issallabt,
U għal min qabel ma tajt ruħek tlabt;
Aħfrilhom ghax x’qed jaghmlu ma jafux
Rodd lura s-smigħ lil min għazel ikun trux
Imma li jaf x’inhu jaghmel u kif
Hu jorqod fil-fond waqt li jien nagħsi ħafif
Waqt li nistħajjel il-gafef resqin,
Għada filghodu ħa jkomplu għaddejjin