awhra f’Qalbi歌词由Janice Mangion演唱,出自专辑《awhra f’Qalbi》,下面是《awhra f’Qalbi》完整版歌词!
awhra f’Qalbi歌词完整版
Rari u prezzjuza
Bħal djamant f’qiegħ oċean
Tiddi maestuża
Bħal żmerald ileqq ħadran
Fik qalbi ssib il-mistrieħ
Tfejjaqni minn kull uġigħ
Ġawhra f’qalbi
Nista’ ndur kullimkien
Bħalek jien ma nsib imkien
Fi ħdani nżommok
Ġawhra
Hawn dejjem ħdejja sat-tmiem
Aktar ma jgħaddi iż-żmien
Aktar jien ngħożżok
Ġawhra
F’dawk għajnejk hemm tama
Bħal żafir il-blu kaħlan
Fjamma tarmi xrara
Ta’ rubin jixgħal ħamran
Fik qalbi ssib il-mistrieħ
Tfejjaqni minn kull uġigħ
Ġawhra f’qalbi
Nista’ indur kullimkien
Bħalek jien ma nsib imkien
Fi ħdani nżommok
Ġawhra
Hawn dejjem ħdejja sat-tmiem
Aktar ma jgħaddi iż-żmien
Aktar jien ngħożżok
Ġawhra
Għax jekk ix-xemx ma tfeġġx fuq l-irdum
U l-għabex jibqa’ oskur
Jien naf li int hawn ħdejja se tkun
U lejk jien nista’ ndur
Jien kollox lesta nagħtik
U ħajti ngħix biss għalik
Ġawhra f’qalbi
Nista’ indur kullimkien
Bħalek jien ma nsib imkien
Fi ħdani nżommok
Ġawhra
Hawn dejjem ħdejja sat-tmiem
Aktar ma jgħaddi iż-żmien
Aktar jien ngħożżok
Ġawhra